SHELTER

Appoġġ u pariri mis-sistema tas-sahha ghal vittmi ta reati aggravate mill-mibegħda

X’inhu il-proġett “Shelter”?

huwa proġett internazzjonali kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi. Il-proġett ifittex li jtejjeb l-aċċess għar-riżorsi u netwerks li jistgħu jiffaċilitaw l-assistenza, il-protezzjoni, l-appoġġ speċjalizzat u r-rappurtar ta reati bħal dawn.

Dan il-proġett ser jdum 24-il xahar u mistenni li jiswa €344,922. L-azzjoni bdiet fl-1 ta’ Diċembru tal-2018 u rċeviet € 275,938.58, li jirrappreżenta 80% ta l-ispiża totali tal-proġett.

Dan il-proġett għandu l-għan li jikseb erba’ oġġettivi speċifiċi:

Li nindirizzaw in-nuqqas ta rappurtaġġ fis-sistema tas-saħħa b’rabta reati ta aggressjoni u vjolenza mwettqa minħabba l-mibegħda;

Li nsaħħu il-kura medika u psiko-soċjali għall-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda fis-sistema tas-saħħa;

Li niffaċilitaw l-aċċess tal-vittmi għal riżorsi ta’ protezzjoni, assistenza u appoġġ speċjalizzat;

Li ninkorporaw l-istituzzjonijiet tas-saħħa f’netwerk internazzjonali biex jiġu appoġġati aħjar il-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda.

dwar il-proġett

Il-proġett SHELTER ser iwettaq attivitajiet ta’ riċerka, li jżidu l-għarfien u t-taħriġ għall-ħaddiema u student fis-settur tas-saħħa sabiex ireġġa lura it-tendenza fil-pajjizi partecipanti ta nuqqas ta għarfien dwar dawn it-tipi ta reati (b’mod partikolari kazijiet pprezentati minn immigranti u refuġjati). Ir-riċerka ser tiffoka fuq kif il-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda jkollhom aċċess għas-sistema tas-saħħa nazzjonali, u kif jiġu ttrattati f’din is-sistema. Bis-saħħa tal-konklużjonijiet tar-ricerka, se jiġu organizzati diversi korsijiet ta’ taħriġ għall-istaff ta l-isptar (infermiera, tobba, ħaddiema soċjali, eċċ.) u studenti universitarji, kif ukoll kampanja biex tqjajjem kuxjenza mal-pubbliku dwar ir-reati ta’ mibegħda u l-impatt li għandhom fuq il-vittmi, fuq gruppi partikolari kif ukoll fuq is-soċjetà ġenerali.

Wieħed mir-riżultati ewlenin tal-proġett se jkun it-twaqqif ta’ netwerk internazzjonali tas-saħħa, u l-ħolqien ta’ ċertifikat speċifiku tal-proġett, għall-istituzzjonijiet tas-sistema tas-saħħa li jixtiequ jtejbu l-assistenza tagħhom lil dawn il-vittmi partikolari.

Il-proġett, immexxi mill-Università ta’ Castilla – La Mancha, jiġbor flimkien universitajiet u organizzazzjonijiet soċjali minn 4 pajjiżi Ewropej: l-Ungerija, Malta, Ċipru u Spanja.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kontributuri għall-proġett, jekk jogħġbok żur is-sezzjoni * Min aħna tal-website.