Riċerka, ġbir u analiżi tad-data mis-Sistema tas-Saħħa
Riċerka
L-għan ta’ din il-workstream hu li nanalizzaw ir-rappurtar ta’ reati immotivati mill-mibegħda u is-servizzi mogħtija lill-vittmi ta’ dawn ir-reati ġewwa is-Sistema tas-Saħħa.
Biex nilħqu dan l-ghan, qed nagħmlu analiżi fil-fond tar-rati baxxi tar-rappurtaġġ dwar reati immotivati mill-mibegħda. Ser nistudjaw is-servizzi mogħtija lill-vittmi ta’ reati bħal dawn ġos-Sistema tas-Saħħa permezz ta’ intervisti kemm ma vittmi kif ukoll ma professjonisti fil-qasam tas-saħħa. B’dan il-mod, ser niġbru informazzjoni dwar il-perċezzjoni u l-esperjenzi ta dawn il-gruppi, peress li sikwit huma l-ewwel nies li jinteraġixxu mal-vittmi wara episodju ta’ vjolenza. Dawn huma infermiera, tobba u membri oħra fis-settur tas-saħħa (ħaddiema soċjali, eċċ.), u li jagħtu kura primarja lill-vittmi (emerġenzi fl-isptar u emerġenzi oħrajn bħan-numru 112), iżda li jistgħu wkoll isegwuhom perjodikament (ġewwa ċ-ċentri tas-saħħa).
Dan il-proġett, sviluppat minn esperti min universitajiet diversi, ser jitwettaq fit-tmien pajjiżi parteċipanti permezz ta’ intervisti, kwestjonarji u riċerka ta’ informazzjoni sekondarja. Huma ppjanati wkoll sittin kwestjonarju u għoxrin intervista f’kull pajjiż partecipant. Madankollu, nistennew li f’dan il-proġett ser niffaċċjaw diffikultajiet biex il-vittmi ta’ reati immotivati mill-mibegħda jiġu rikonoxxuti.
Ir-riċerka ser issir f’kull pajjiż f’reġjuni u bliet partikolari:
- Cipru: Limassol, Larnaca, Nicosia u Paphos.
- Ungerija: Budapest u Szeged.
- Malta: Malta u Gozo.
- Spanja: Toledo, Talavera, Ciudad Real, Madrid u Barcelona.
Fuq bażi ta’ l-informazzjoni miġbura, se nkunu nistgħu niżviluppaw erba’ rapporti nazzjonali, wieħed għal kull pajjiż parteċipant, u rapport Ewropew. Dawn id-dokumenti ser jiġbru u jispjegaw l-informazzjoni miġbura f’kull pajjiż, kif ukoll il-konklużjonijiet ta din ir-riċerka nazzjonali. Se jinkludu wkoll rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tittejjeb is-saħħa u l-attenzjoni psikosoċjali għall-vittmi, kif ukoll ir-rappurtar u l-komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tas-saħħa u l-korpi ta’ l-infurzar. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma maħsuba għall-Kummissjoni Ewropeja, għal awtoritajiet nazzjonali, għal organizzazjonijiet interessati u għall-pubbliku inġenerali. Il-preżenza tagħna f’ENAR Europe ser tippermettilna wkoll ninkludu perspettiva aktar wiesa.
Dawn l-attivitajiet ta’ riċerka ġew approvati mill-Kumitati tal-Etika tal-isptarijiet diversi li fihom ser tiġi kondotta ir-riċerka.
Fit-taqsima ta’ tniżżil, tista’ taċċessa l-materjali differenti li jikkonformaw mal-pakkett ta ‘xogħol ta’ Riċerka.